Il-Qorti tal-Familja tat l-ewwel divorzju lil koppja Maltija li kienet f’unjoni ċivili.
Il-liġi tal-unjoni ċivili ddaħħlet f’Malta aktar minn seba’ snin ilu.
Il-Qorti, ippreseduta mill-Imħallef Abigail Lofaro, qieset li l-koppja ngħaqdu fl-unjoni ċivili fl-2015, u sentejn wara isseparaw.
Is-separazzjoni saret b’mod uffiċjali fl-2018.
Minn din l-unjoni ma kien hemm l-ebda tfal u lanqas ma rriżultaw kwistjonijiet dwar manteniment.
Il-Qorti qieset ukoll li ma kienx hemm prospetti ta’ rikonċiljazzjoni, u għalhekk għaddiet biex ixxolji l-unjoni.