L-ewwel dibattitu bejn il-kandidati għall-elezzjoni Presidenzjali tal-Istati Unit bejn il-kandidat Repubblikan, l-eks President Donald Trump u l-kandidat tad-Demokratiċi, il-Viċi President attwali Kamala Harris, se jsir fl-10 ta’ Settembru li ġej.
Dan tħabbar mis-sit tal-aħbarijiet ABC News, li se jkun qed organizza dan id-dibattitu għall-elezzjoni Presidenzjal Amerikana.
Pubblikament, kemm Trump u anki Harris qalu li jridu li jsiru aktar dibattiti qabel l-elezzjoni Presidenzjali tal-Istati Uniti, li se ssir fil-5 ta’ Novembru li ġej.