Il-Prim Ministru Joseph Muscat fetaħ id-diskors tiegħu tal-Ħadd b’mod partikolari. Iddeskriva dak li jħossu ġenituri meta wliedhom jagħmlu l-eżamijiet, partikolarment jekk qed jagħmluhom għall-ewwel darba.
Propju lbieraħ ħafna tfal tal-iskejjel tal-primarja tal-Gvern bdew bl-eżamijiet ta’ nofs is-sena, l-imberkin ‘half yearlies’. Ħafna ġenituri qattgħu dan tmiem il-ġimgħa jagħmlu r-reviżjoni, il-familja Muscat inkluża.
L-eżamijiet żgur iqanqlu ħafna emozzjonijiet. Min jibża’ minnhom, min ikun ħerqan biex juri dak li tgħallem, min ma jieħux gost ikun sfidat juri x’jaf f’qasir żmien.
Nixtiequ nkunu nafu kif taħsbuha.