Għall-ewwel darba f’ pajjiżna, is-sena d-dieħla l-Awtorità tal-Ippjanar se tiġbor flusha hi u mhux se tibqa’ dipendenti fuq is-sussidji tal-gvern. Għaldaqstant fil-baġit 2017 mhemmx fondi allokati għal din l-Awtorità.
Irrimarkat dan is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni Amministrattiva, Deborah Schembri, waqt attività politika f’ Ħaż-Żebbuġ. Schembri saħqet li dan huwa riżultat ta’ ħidma bilgħaqal u d-direzzjoni ġdida li ħadet din l-awtorità.
L-Awtorità tal-Ippjanar, se tuża skemi bħal dik tar-regolarizazzjoni biex tiġbor il-fondi neċessarji għall-operat tagħha.
Eżempju ċar, saħqet is-Segretarju Parlamentari kif skema tista tgħin lill-familji jirregolaw il-propjetà tagħhom u b’hekk ikollhom valur ġust tagħha, filwaqt li jgawdi wkoll il-poplu inġenerali billi t-taxxi jintefqu bnadi oħra.