Infetħet l-ewwel couple’s ward fir-residenza San Vinċenz. Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana spjegat li x xogħol fuq dan is-sular dam xahrejn u sar kollu mill-ħaddiema tal-post, sal-inqas purtiera.
Il-ward fih tmien kmamar tas-sodda u kamra oħra b’sodda waħda.
Hawnhekk jidħlu biss koppji, whud minnhom li qabel kienu f’residenza oħra, mifrudin. Il-kmamar għandhom kamra tal-banju u kċina żgħira, biex il-koppji jkunu indipendenti.
Intqal li dan huwa l-isbaħ rigal tal-Milied. Is-sala, bl-isem ta’ San Ġuzepp Sitta, hija it-tlielet sala inawgurata din is-sena. Swiet iżjed min nofs miljun ewro u kienet ilha meħtieġa mit-tmeninijiet. Hija mgħammra bl-aħħar teknoloġija, għall-kura fit tul.