Ftit tas-sigħat oħra, se jiftaħ ċentru ta’ testijiet għall-Coronavirus f’Għawdex.
Fuq il-profil tiegħu fuq facebook, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal li l-eks VIP Lounge tal-heliport fix-Xewkija inbidel f’ċentru ta’ testijiet.
Huwa rringrazzja lill-ħaddiema kollha li għamlu xogħol siewi biex dan seta’ jseħħ, speċjalment lill-ħaddiema tal-kura Primarja kif ukoll lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne tal-għajnuna u l-operat ta’ dan iċ-ċentru.
Il-Ministru għal Għawdex qal li s-saħħa tal-Għawdxin hija wkoll prijorità għall-Gvern f’dan il-mument delikat.