Canoe Polo- sport ġdid għall-aħħar għal pajjiżna, iżda li se jiġi ċċelebrat f’pajjiżna fi tmiem il-ġimgħa li ġejja bil-Canoe Sports Festival.
Dan se jsir f’Baċir numru wieħed f’Bormla fejn se jilagħbu tlett timijiet Maltin u erbgħa barranin , kollha b’parteċipanti ta’ etajiet differenti li jaqsmu l-passjoni għal dan l-isport. Dan filwaqt li se jkun hemm ukoll tlielaq għat-tfal mill-Akkademja tal-Canoe għat-tfal.
Dan huwa sport li ħafna Maltin jaqraw dwaru iżda ftit jafu bil-prattika tiegħu f’pajjiżna. Dwaru tkellimna ma Chris Camilleri, president tal- Malta Canoe Federation li stqarr li din il-logħba hija taħlita ta’ sport differenti u li għandha regoli stretti.
Naturalment dan huwa sport tal-baħar, u ħafna forsi jistaqsu dwar is-sigurtá ta’ dan l-isptar meta jaraw li f’pajjiżna se jkun iċċelebrat f’Novembru. Il-President tal-Manoe Canoe Federation fisser kif pajjiżna għandu t-temperatura perfetta għal dan l-isport u li l-aħjar żmien biex jipprattikawh huwa fil-Ħarifa u x-Xitwa għaliex ikun hemm anqas traffiku fuq il-baħar.
Min-Naħa tiegħu is-Segretarju Parlamentari Chris Agius qal li dan huwa sport li għandu jkompli jikber fid-dawl li pajjiżna mdawwar bil-baħar u allura d-dilettanti għandhom aċċess tajjeb biex jipparttikaw. Dan filwaqt li faħħar l-inizzjattiva tal-festival u awgura lill-organizzaturi kollha.