Laurel Hubbard saret l-ewwel atleta transgender li se tikkompeti fl-Olimpjadi, li spiċċat f’kontroversja.
Riċentament l-atleta minn New Zealad intgħażlet biex biex tikkompeti man-nisa fil-weightlifting fl-Olimpjadi li se jsiru f’Tokjo, wara li ftit ilu nbidlu r-rekwiżiti.
Fl-2013, qabel sar magħruf li hija persuna transgender hija kienet ikkompetiet mal-irġiel.
Kritiċi qed jgħidu li Hubbard se jkollha vantaġġ li mhuwiex ġust, madankollu oħrajn qegħdin jargumentaw li f’dawn il-logħob għandu jkun hemm iżjed inklużjoni.
Hija se tkun qed tikkompeti fil-kategorija tan-nisa fil-weightlifting tas-87kg.
Hubbard qalet li tinsab grata għall-appoġġ li qed ituha bosta nies minn pajjiżha.
Hija se tkun eleġibbli li tilgħab mas-sezzjoni tan-nisa wara li fl-2015, il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali, biddel ir-regoli biex jippermeti atleti transgender biex jikkompetu man-nisa jekk ikollhom il-livell tat-testosterone sa ċertu livell.
Ritratt: Reuters