Kittieb u l-moħħ wara stampi satiriċi mill-Ġordan inqatel wara li kien mixli li offenda l-Iżlam. Dan għaliex xerred cartoon ta’ natura satirika fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook.
Nahid Hattar, li huwa Kristjan, inqatel bi tliet tiri barra l-belt kapitali Amman, fejn kien qiegħed jinstema’ l-każ tiegħu.
Il-qattiel ta’ Hattar, li sparalu barra l-binja tal-Qorti, kien arrestat u l-Pulizija qed tinvestiga. Huwa kien arrestat f’Awwissu li għadda u nżamm għal ħmistax-il ġurnata, akkużat li insulta lill-Alla.
Il-cartoon juri raġel bid-daqna, suppost Ġiħadista, ipejjep fis-sodda ma’ żewġ nisa, jitlob lill-Alla iġiblu xi ħaġa x’jixrob.