Wara sena jallegaw li xi ħadd ieħor ħallas biex il-Prim Ministru u l-familja tiegħu marru vaganza Dubai, issa il-Kap tal-Oppożizzjoni u l-partit tiegħu qed jammettu li kien il-Prim Ministru stess li ħallas għalihom kif turi irċevuta li qed jirreferu għaliha.
Issa Dr Busuttil irid ikun jaf għaliex il-Prim Ministru għażel din iż-żjara għal familja tiegħu u kif nefaq dawn il-flus.
Kif tixhed l-irċevuta stess, il-Prim Ministru ħallas permezz tal-karta tal-kreditu tiegħu u matul is-sena li għaddiet qata’ dan il-kont mill-karta tiegħu permezz ta’ transizzjonijiet bankarji rekordjati.
Ikun tajjeb jekk bl-istess mod trasparenti, il-Kap tal-Oppożizzjoni jippubblika l-invoices foloz li ordna li jinħargu mill-kumpaniji tiegħu bi ksur tal-liġi tal-finanzjament tal-partiti. Dan huwa attentat iddisprat biex jippruvaw jevitaw li jippruvaw id-donazzjoni minn flus ‘maħmugin’ kif sejħilhom il-Kap tal-Oppożizzjoni stess.
Il-mod kif jagħmel il-politika l-Kap tal-Oppożizzjoni huwa bla preċedent u bbażat biss fuq tfiegħ ta ħmieg u tkompli toħrog falzita’ kbira bdejn dak li jitlob minn ħaddieħor u dak li jagħmel hu.