Fl-aħħar jiem niżel l-ewwel Airbus tat-tip A340 għall-ewwel darba fl-Antartika.
Dan l-ajruplan tal-linja Hi Fly huwa rreġistrat f’Malta.
Din l-aħbar ġiet innutata minn bosta midja internazzjonali.
Fuq il-paġna tiegħu fuq facebook, il-Ministru responsabbli mill-Avjazzjoni Ċivili, Ian Borg, innota li dan l-ajruplan li niżel huwa rreġistrat f’pajjiżna.
Huwa rringrazzja lill-ħaddiema tal-Avjazzjoni Ċvili fi ħdan Transport Malta tax-xogħol li qed jagħmlu sabiex din l-industrija f’pajjiżna tkompli timxi ’l quddiem.