L-ewwel ajruplan Airbus A380 irreġistrat f’Malta niżel fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta wara titjira minn Singapore.
L-ajruplan li huwa l-akbar ajruplan tal-passiġġieri fid-dinja, se jkun qed jinżebagħ mill-ġdid qabel jibda jopera għall-kumpanija Hi Fly Malta, li hija linja tal-ajru Maltija.
Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li dan l-ajruplan se jtir bir-reġistrazzjoni 9H-MIP.
“Dan huwa l-ewwel ajruplan A380, li huwa l-akbar ajruplan tal-passiġġieri fid-dinja li se jtir minn kumpanija Maltija taħt il-bandiera Maltija,” qal il-Ministru Borg.
Qal li bħala ministru responsabbli mis-settur tal-avjazzjoni jinsab sodisfatt li jara dan il-progress kontinwu u wiegħed li se jagħti l-appoġġ tiegħu lill-operaturi u l-inizjattivi kollha li jagħmlu lil Malta l-għażla tagħhom.