L-ewwel mitt jum kienu jsarrfu f’ħidma kontinwa min dan il-Gvern. Ħidma li kompliet issarraf f’aktar investiment f’pajjiżna u ekonomija li baqgħet tissaħħaħ. Spikka wkoll kemm dan il-Gvern iħoss dak li jrid il-poplu u kemm dan il-Gvern huwa sensittiv għall-bżonnijiet tagħna l-Maltin.
Il-Gvern huwa konxju li minkejja s-suċċessi kbar li għaddej minnhom pajjiżna, grazzi għall-ħidma ta’ dan il-Gvern, xorta waħda hemm sfidi li dan il-Gvern irid jindirizza, u fil-fatt hekk ser ikompli jgħamel kif għamel fl-aħħar leġislatura.
Kliem il-Prim Ministru nhar il-Ħadd f’Bormla juri d-determinazzjoni kbira li għandu dan il-Gvern għal pajjiżna. Determinazjzoni li tħossha f’kull qasam f’pajjiżna. Joseph Muscat għandu pjan sabiħ għal pajjiżna u ddeterminat li f’din il-leġislazzjoni jkompli jwettqu biex il-ħajja tagħna tkompli tkun aħjar.
Il-viżjoni ta’ dan il-Gvern qed issarraf f’ħafna ġid. Ġid li qed jibbenefika minnu ż-żagħżugħ fl-edukazzjoni, l-istudenti li ggradwaw u issa ser isibu impjieg il-familji, l-anzjani u setturi bħat-turiżmu u l-ekonomija li ċ-ċifri tagħhom juruna kemm pajjiżna miexi fid-direzzjoni t-tajba.
L-ewwel 100 jum kienu xogħol bla waqfien għal dan il-Gvern. Xogħol li juri kemm huwa bil-għaqal dan il-Gvern fil-ħidma tiegħu u xogħol li juri kemm dan il-Gvern huwa ambizzjuż biex il-livell ta’ pajjiżna jkompli jogħla. Il-poplu huwa konxju ta’ kemm dan il-Gvern qed jaħdem għalina u dan wera fl-atmosfera u fl-attendenza kbira li nhar il-Ħadd marret tagħti merħba sabiħa lil Joseph Muscat.
L-Aqwa Żmien ta’ Pajjiżna qed ngħixuh u dan kollu grazzi għall-viżjoni kbira li għandu Joseph Muscat. Bniedem li mhux biss għandu Gvern maqgħud iżda pajjiż maqgħud warajh. Dan huwa żmien li ser jinkiteb fl-istorja ta’ pajjiżna fejn f’Malta ser inkunu rajna bil-fatti suċċessi kbar li warajhom kien hemm bniedem b’determinazzjoni, b’viżjoni u dedikazzjoni, bniedem li jservi lil pajjiżna minn qalbu u għax iħobb verament lil Malta tagħna – Joseph Muscat.