Wara aktar minn sena u nofs ta’ ħidma ġiet iffirmata l-liġi nnegozjata mill-Membru tal-Parlament Ewropew Miriam Dalli li biha se jonqos it-tniġġis mill-karozzi ġodda b’aktar minn 37%, mill-2030. Dan ifisser li din il-liġi issa tidħol fis-seħħfis-sena 2020.
“L-iffirmar ta’ din il-liġi huwa l-aħħar staffa biex it-tniġġiżmit-trasport jonqos fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea, inklużMalta. Anqas għandi kliem biżżejjed biex nesprimi s-sodisfazzjon li ħassejt illum meta naf li tlaqt minn sitwazzjoni fejn kelli reżistenza enormi għal din il-liġi, u llum fejn hemm appoġġb’saħħtu ħafna għal dak maqbul,” qalet Dr Dalli b’reazzjoni għall-iffirmar.
“Issa li għandna din il-liġi, inħares ’il quddiem għall-implimentazzjoni tagħha. It-triq biex wasalna hawn ma kinitx faċli iżda kkonsultajt ma’ kulħadd, tkellimna mal-industrija tal-karozzi, mat-trade unionsu l-għaqdiet tal-konsumaturi biex illum għandna liġi li l-miri tagħha jistgħu jintlaħqu jekk kulħadd jagħmel il-parti tiegħu.”
L-iffirmar tal-ftehim sar fi Strasburgu mill-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani u l-Ministru George Ciamba, President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, fil-preżenza ta’ Miriam Dalli bħala n-negozjatur ta’ din il-liġi. Din il-liġi tifforma parti mill-hekk imsejjaħclean mobility packageu tikkontribwixxi għall-miri maqbula mill-mexxejja fil-Ftehim ta’ Pariġi kontra t-tibdil fil-klima.
Il-liġi hija regolament li tapplika b’mod awtomatiku u ugwali fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. L-għan ta’ din il-liġi huwa biex l-industrija tal-produzzjoni tal-karozzi tinvesti aktar f’karozzi li jagħmlu użu minn teknoloġija li ma tħammiġx filwaqt li tħeġġeġlill-pajjiżi biex jimplimentaw politika li tgħin din it-transizzjoni.
Minnbarra benefiċji ambjentali u ta’ saħħa, din il-liġi se tgħin biex tiżdied l-innovazzjoni f’suq aktar kompetittiv u li jwassal għal prezzijiet aktar vantaġġjużi għall-konsumaturi.