F’kummenti lill-midja ftit tal-ħin wara li tħabbar li l-Unjoni Ewropea mistennija taqbel li Brexit iseħħ fit-22 ta’ Mejju li ġej, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Unjoni Ewropea trid tkun preparata għal kull eventwalità, anke jekk l-eventwalità ċara hija li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim.
Il-Prim Ministru qal li min-naħa tal-pajjiżi membru tal-UE, qed jiddiskutu l-pożizzjoni ta’ kull pajjiż individwali f’każ ta’ nuqqas ta’ ftehim min-naħa tal-Parlament Ingliż. Ġimgħat ilu, il-Gvern Malti kien nieda pjan ta’ azzjoni biex jipproteġi lill-Maltin li jgħixu fir-Renju Unit, u ċittadini Ingliżi li jgħixu Malta.
Huwa qal li jinsab iddiżappuntat bis-sitwazzjoni, iżda kienet realtà ċara.
Ara wkoll:
http://www.one.com.mt/2019/03/21/brexit-mistenni-jkun-pospost-sat-22-ta-mejju-li-gej/