Nhar it-Tlieta li ġej membri Ewroparlamentari se jiddibattu jekk għandux ikun imwaqqaf immedjatament il-proċess ta’ tkabbir tal-Unjoni li jinkorpora ftehim mat-Turkija.
Membri fi ħdan il-Parlament se jkunu qed jivvotaw favur jew kontra riżoluzzjoni, b’ħafna jinsistu li kunċetti fundamentai bħas-saltna tad-dritt (rule of law), id-drittijiet umani, il-libertà tal-espressjoni, il-libertà fil-mezzi tax-xandir u n-nuqqas ta’ diskriminazzjoni mhumiex suġġetti li dwarhom wieħed għandu jinnegozja.