Iż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija kompliet tolqot pajjiżi fl-Unjoni Ewropea u anki fir-Renju Unit
Rapport analitiku fil-midja Ingliża qed isemmi li sar-rebbiegħa li ġejja, kont tal-enerġija fl-Ingilterra jista’ jogħla b’erba’ mitt sterlina.
Il-prezz tal-gass għola u riżultat tiegħu, mill-bidu ta’ dan ix-xahar, mal-ħmistax-il miljun familja fir-Renju Unit raw żieda ta’ 12% fil-kontijiet tal-enerġija.
Il-prezzijiet tal-enerġija raw ukoll żieda f’mument fejn l-Ewropa bdiet tħaddan politika li tnaqqas l-emmissjonijiet fosthom bil-Green Deal.
Il-Kummissarju Ewropew għall-Enerġija Kadri Simson diġà tat struzzjonijiet kif l-istati membri għandhom jindirizzaw din il-kriżi fis-settur tal-enerġija, fosthom kumpens li għandhom joħorġu l-Gvernijiet Ewropej lil min jiflaħ l-inqas il-piż il-ġdid.
Madankollu rakkomandazzjonijiet uffiċjali għandhom joħorġu l-ġimgħa d-dieħla.
Waqt Summit informali tal-Kunsill Ewropew fil-jumejn li għaddew fl-Islovenja, il-Prim Ministru Malti Robert Abela saħaq li l-piż taż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija m’għandux iġorru ċ-ċittadin.