Quddiem il-poplu Malti u Għawdxi miġbur fuq il-Fosos il-Furjana, l-eks Prim Ministru Taljan Matteo Renzi kellu kliem ta’ tifħir mill-isbaħ għar-riżultati ekonomiċi tajbin ħafna ta’ pajjiżna.
Qal li Malta għenet biex għamlet l-Ewropa aktar umana. Qal li jinsab Malta biex jgħin lil Joseph Muscat. Fil-politika hemm ħafna regoli li jgħoddu, spejga Renzi. Fosthom li tgħin lil xulxin, tagħmel l-affarijiet lil xulxin, imma l-lealtà u l-ħbiberija huwa importantissimi, u dan jarahom f’Joseph Muscat. Muscat se jgħin lil Malta tidħol f’ġejjieni tajjeb.
Nafu li hemm ħafna xi jsir, qal Renzi, u rridu nagħmluh flimkien. L-Ewropa huwa post ta’ paċi imma jrid l-umanità. Għandha bżonn il-valuri ta’ Malta u tal-Partit Laburista.
Flimkien ma’ Joseph Muscat, provajna ngħidu li tista’ ssir politika b’riżultati ta’ vera. “Joseph Muscat kien aħjar minni!” qal Renzi, u semma r-riżultati ekonomiċi Maltin li fissru differenza fil-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin.
Ħadd m’għandu jara tmiem ta’ din l-esperjenza. “Komplu…tbiddlux direzzjoni” appella Renzi..”tħallux min iwaħħafkom”.