L-evidenza xjentifika turi li d-doża addizzjonali tal-vaċċin kontra l-COVID-19, għandha tingħata lil dawk li għandhom immunità baxxa.
Dan intqal waqt konferenza tal-aħbarijiet mill-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini, il-Ħamis waranofsinhar.
L-uffiċjal tal-EMA, Dr Marco Cavaleri qal li fost dawk li għandhom jieħdu d-doża addizzjonali, hemm l-anzjani u dawk li għandhom immunità baxxa minħabba kura li jieħdu.
F’din il-konferenza tal-aħbarijiet, l-Aġenzija qalet li informazzjoni globali qed turi li t-tilqim jagħti sigurtà b’saħħitha u l-benefiċċji tal-vaċċin jiżbqu l-effetti rari li jista’ jkollu t-tilqim.
Intqal kif it-tilqim tal-erba’ vaċċini approvat mill-istess aġenzija qed inaqqas l-imwiet u n-numru ta’ persuni li jkollhom bżonn jidħlu l-isptar.
Mit-Tnejn li għadda, pajjiżna beda jagħti d-dożi addizzjonali lill-anzjani fid-djar tal-anzjani u fir-residenza San Vinċenz de Paul.
Mill-ewwel t’Ottubru din it-tilqima addizzjonali se tibda tingħata lill-anzjani li għandhom ’il fuq minn sebgħin sena.