Tyson Grech ta’ 26 sena mill-Isla u Shamison Stafrace ta’ 24 sena minn Bormla inħelsu mill-akkużi kollha li ġew mixlija bihom b’rabta ma’ serqa vjolenti f’Paceville f’April tal-2019 fost oħrajn.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Simone Grech qalet li l-evidenza ma kinitx biżżejjed biex tipprova l-akkużi u għalhekk l-akkużati ma setgħux jinstabu ħatja tal-akkużi kollha.
Grech kien akkużat ukoll li ġarr arma tan-nar jew munizzjon fil-pubbliku mingħajr liċenzja fost oħrajn.
Filwaqt li Stafrace kien akkużat ukoll b’pussess ta’ droga kokaina u li kien riċediv.