Rapporti fil-midja internazzjonali qed jikkwotaw esperti li qalu li l-vulkan Etna, l-iktar wieħed qrib il-Gżejjer Maltin, qed iċedi u riesaq madwar 3 ċentimetri fis-sena iktar qrib il-baħar.
Jidher li dan kollu ilu jiġi segwit għal dawn l-aħħar snin, u huwa mifhum li dan huwa riżultat tas-saħħa tal-gravità.
Ladarba l-vulkan iċedi, huwa mistenni li l-inħawi tal-Mediterran, inkluż Malta, isofru konsegwenzi koroh fosthom tsunami.
L-esperti ma tawx żmien eżatt għal meta l-Etna mistenni jċedi għal kollox, iżda qalu li dan il-fenomenu kapaċi jsir fi żmien ftit snin jew eluf ta’ snin oħra.
Sadanittant, ix-xjentisti se jkomplu jistudjaw dan kollu.