Il-familji tal-vittmi ta’ attakki terroristiċi mill-ETA, ikkritikaw l-apoloġija li l-ETA tat iktar kmieni llum. Huma akkużaw lill-grupp separatista li qed jipprova jiġġustifika l-azzjonijiet tagħhom fil-passat u li qed jimmanipulaw l-istorja biex jgħattu l-krimini tagħhom.
IKTAR QABEL: L-organiżżazzjoni separatista u terrorista ETA, magħrufa għall-kampanja ta’ vjolenza fi Spanja bħala parti mill-isforz biex ir-Reġjun Bask isir indipendenti, mistennija ixxolji l-operat kollhu tagħha fil-jiem li ġejjin.
Fid-dawl ta’ dan il-proċess, il-grupp talab apoloġija lil kull min seta kien vittma ta’ xi attività terroristika tal-grupp. Madwar 800 ruħ tilfu ħajjithom u eluf oħra kienu midruba f’kampanja ta’ vjolenza u terroriżmu li kien ilu sejjer ‘l fuq minn erbgħin sena. Fi stqarrija ppublikata f’żewġ gazzetti Baski, il-grupp qal li hu konxju li kkawża ħafna uġieħ li ħafna minnu ma hemmx soluzzjoni għalih.
Il-Gvern Spanjol qal li l-ETA safa megħlub politikament u operazzjonalment u li ma rnexxilux jiħaq l-għanijiet tiegħu.