Fl-Estonja, il-Parlament approva ż-żwieġ għal koppji tal-istess sess, u dan jagħmel il-pajjiż l-ewwel wieħed mill-blokk li qabel kien jagħmel parti mill-Unjoni Sovetika fejn iż-żwieġ se jkun aċċessibbli għal kulħadd.
B’reazzjoni għal dan il-vot, il-Prim Ministru tal-Estonja, Kaja Kallas, qalet li din il-liġi se tidħol fis-seħħ mis-sena d-dieħla.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Kien hemm 55 deputat li vvutaw favur, waqt li 34 ivvutaw kontra.
F’Malta, iż-żwieġ tal-istess sess iddaħħal fl-2017.