Il-forzi tal-establishment fil-Partit Nazzjonalista li jiddettaw dak li għandu jagħmel il-Kap Bernard Grech, pattewha lill-kandidat Nazzjonalista Alex Borg, li f’nofs Awwissu kritika lil tas-Civil Society Network, li jkunu fl-attivitajiet tal-għaqda Repubblika.
Fuq it-tlettax-il distrett, il-Partit Nazzjonalista ħareġ lil Claudette Buttigieg minn tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil.
Dan f’attentat li taqta’ saqajn Alex Borg, li bl-għeruq tiegħu man-nies ta’ Giovanna Debono qed isir theddida anki għall-kontroll li kellu Chris Said fuq Għawdex.
Borg kien ħareġ kontra tas-Civil Society Network li heddew lil Bernard Grech li jiftħu partit ieħor.
Dan fl-isfond t’attakk li kien għaddej kontra Adrian Delia wara rapport tal-Lovin Malta, li Delia kien f’kuntatt ma’ Yorgen Fenech waqt dibattitu parlamentari wara li kien magħruf li Fenech huwa s-sid tal-kumpanija 17 Black.
Din l-allegazzjoni Delia ċaħadha u fetaħ libell kontra l-LovinMalta.
Il-kandidat Għawdxi Alex Borg kien qal li tar-Repubblika u tas-Civil Society Network huma irrilevanti fil-ħidma tiegħu.
Għal dan id-diskors ħareġ ħu d-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina u għajjar lil Borg bħala faxxist.
Qal li dan ma tistax issejħalu mod ieħor filwaqt li lejn l-aħħar tal-messaġġ tiegħu fuq facebook, Robert Aquilina, li jiltaqa’ ma’ Bernard Grech u t-tmexxija Nazzjonalista biex tiġi diskussa strateġija politika, qal li dak li esprima Borg mhu xejn ħlief faxxiżmu.