Il-festi tal-Milied u x-Xjenza. Is-soltu ma tantx huma suġġetti li jikkumplimentaw lil xulxin, iżda meta tingħata ċans tmexxi l-islitta ta’ Santa Klaws bl-intelliġenza artifiċjali….tibda taħsibha differenti.
Dan kien il-ħsieb li bih, il-kumpless Esplora fassal l-attivitajiet għal żmien il-Milied.
F’Lejlet il-Milied, wieħed mill-aktar jiem bieżla għall-impjegati taċ-ċentru, tkellimna ma’ Julia Curmi dwar il-wirjiet li tħejjew għall-btajjel.
“Għandna żewġ shows għal dawn iz-zmienijiet, the 12 days of Christmas huwa wieħed u huwa addattat għal kull età. Għandna wkoll Sensory Christmas, li huwa bbazat fuq is-sensi, jiġifieri x-xamm, is-smigħ u li tmiss.”
Dan tal-aħħar tfassal biex anke persuni b’diżabilità jew anzjani wkoll ikunu parteċipi fl-attivitajiet ta’dawn il-festi
“Kellna rispons tajjeb ħafna u vera kuntenti li tajnihom zmien sabih waqt il-holidays. Jidrhu li qed jieħdu gost.”
Jidher li f’dawn il-festi kienu fost l-aktar jiem bieżla għaċ-ċentru, grazzi wkoll għall-kolazzjon speċjali li l-Esplora organizza ma’ Santa Klaws.
“Christmas Eve kellna breakfast activity u kienet suċċess. Abbinajniha max-shows li għandna għaddejin bħalissa, the 12 days of Christmas. Tal-lum kienet ippakkjata.”
Iċ-Chairperson taċ-Ċentru Esplora, Jeffrey Pullicino Orlando spjega li tfal ta’ kull età, ġenituri, anzjani u persuni minn kull faxxa tas-soċjetà, għad fadlilhom xi jgawdu maċ-Ċentru Esplora fi żmien il-festi.
“Jibqgħu għaddejjin sal-5th January u kif qed ngħidu huma ntizi għal tfal ta’ kull età.“