Il-Professur fil-Kimika u kap tad-Dipartiment tal-Kimika fl-Università ta’ Malta, Emanuel Sinagra wieġeb għal storja fuq il-mezzi tax-xandir tal-Partit Nazzjonalista li tikkwotah jgħid li l-LNG għandu potenzjal jifga lil dak li jkun.
“Nazzarda ngħid li l-kummenti tiegħi se jintużaw għada f’Marsaxlokk” stqarr magħna f’korrispondenza li ħass li kellu jibda minn jeddu, filwaqt li offra spjega ta’ dak li qal fuq il-programm Dissett…”biex nevitaw reazzjonijiet isteriċi tal-massa”.
Stqarr li huwa fatt li l-LNG għandu potenzjal li jifga lil dak li jkun, l-istess bħal m’għandu potenzjali jifga bniedem il-gass taċ-ċilindri (LPG) u n-nitroġenu li jsawwar 80% tal-atmosfera tagħna. F’kull każ, il-possibiltà li dan jispiċċa jifga bniedem jiddependi miċ-ċirkostanzi. Dan japplika wkoll għal kemm l-LNG u l-LPG kapaċi jieħdu n-nar.
Il-Professur sostna li l-kummenti tiegħu, hekk kif imxandra min-Net, jinkludu l-bżonn li kull sustanza li għandha potenzjal li tagħmel ħsara tkun indirizzata b’miżuri ta’ prekawzjoni. L-industrija tal-LNG mhix eċċezzjoni, sostna l-professur. Qal li l-ħaddiema marittimi fl-industrija tal-LNG għandhom storja ta’ prattiċi siguri li tista’ tgħid xejn ma jirbħilha. Temm jgħid li jinsab ċert li ħaddiema Maltin se jidħlu għall-isfidi involuti u jqandlu s-sitwazzjoni b’mod korrett daqs kemm huma korretti imsieħba barranin.
L-artiklu hekk kif deher fuq il-mezzi tax-xandir tal-PN:
Kliem il-Professur dwar it-tixbiha mad-diżastru ta’ Chernobyl:
https://www.youtube.com/watch?v=1gLmvwt9BMI