Rapporti jindikaw li l-aħħar ġimgħa kienet waħda intensiva fl-attakki mill-ajru bejn ir-Russja u l-Ukrajna, f’indikazzjoni tal-eskalazzjoni ġdida fil-gwerra fil-Lvant tal-Ewropa.
Midja internazzjonali rrapportat li, f’dan il-perjodu, ir-Russja wettqet qrib l-1,500 attakk, li matulhom ukoll ġiet ittestjata missila ballistika ġdida ta’ distanza intermedja Oreshnik fuq il-belt Ukrena ta’ Dnipro.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fl-istess ħin, l-Ukrajna użat ukoll missili Brittaniċi u Amerikani fir-Russja għall-ewwel darba, fejn laqtet maħżen ewlieni taż-żejt fin-Nofsinhar ta’ Moska, kif ukoll miri fir-reġjuni tal-fruntiera ta’ Bryansk u Kursk.