Il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann ħabbret li l-esebizzjoni tal-arazzi ‘A Gift of Glory’ se tiġi estiża sas-Sibt l-1 ta’ Lulju 2023.
Il-Ħinijiet tal-Ftuħ huma mit-Tnejn sas-Sibt bejn id-9:00 hrs u l-16:45 hrs (l-aħħar dħul fl-16:15 hrs).
L-esebizzjoni oriġinarjament kienet maħsuba li ssir sal-24 ta’ Ġunju. Il-viżitaturi jistgħu jesploraw l-intier imsebbaħ tal-Konkatidral fi gruppi gwidati dwar l-Arazzi, kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.
Is-sett ta’ Arazzi ġew ikkummissjonati mill-Gran Mastru tal-Kavallieri ta’ San Ġwann, Frà Ramon Perellos y Roccafull, bejn l-1697 u l-1702. Dawn l-arazzi juru episodji mill-Ħajja ta’ Kristu u t-Trijonf tal-Knisja Kattolika.
Is-sett beda jittieħed il-Belġju fl-2006 u ġew irrestawrati mir-Royal Manufacturers De Wit Laboratories, il-Belġju fejn il-proġett ġie ffinalizzat fl-2022.
Dan is-sett ta’ arazzi huwa l-ikbar sett komplut fid-dinja, b’kobor ta’ 730 metru kwadru, u b’tul ta’ 120 metru.