Iqis lilu nnifsu bħala bniedem li juża l-kamra tal-banju kuljum u jużaha kkmandat minn bżonn; bżonn li għallmu mhux biss li ma jista’ jitgħolla fuq ħadd imma wkoll li ma jista’ jbaxxi lilu nnifsu taħt ħadd.
Gioele Galea daħal is-Seminarju ta’ 22 sena u seba’ snin wara ħass li għandu sejħa aktar urġenti fil-kuxjenza tiegħu; dik tas-skiet u s-solitudni. Għal erbattax -il sena sħaħ għex f’eremitaġġ mitluf qalb il-muntanji fejn hemm ħa l-isem li llum nafuh bih: Ġoel.
Bil-kitba tiegħu jaqdi l-ħtieġa tiegħu; li jagħti leħen lill-misteru tal-ħajja umana maqbuda fil-vortiċi tal-għatx għall-Assolut.
Hemm min iqis li kliem Patri Gioele bħala bniedem li juża kliem tqil biex jitkellem imma meta wieħed jieqaf u jaħseb, jifhem sew il-messaġġ xi jkun. Fl-aħħar mill-aħħar, Ġioele jsostni li dak huwa l-bżonn tal-bniedem; li jieqaf u jaħseb u jinqata’ ftit mill-ġenn tal-ħajja li aħna nġibu skuża li hija mgħaġġla.
Isostni li r-riedni huma f’idejk u huwa int li tagħmel ferħ minn ħajtek.
Illum Ġioele huwa poeta kif ukoll bniedem li jgħin bosta nies li jħossu li jridu lil xi ħadd jismagħhom b’mod profond għaliex jgħix f’Malta, din id-darba bl-eremtiaġġ ġo fih.