“The Road to 2030: Eradicating Poverty and Achieving Sustainable Production and Consumption” hija t-tema ghall-Jum Internazzjonali taż-Żgħażagħ 2016.
Ġurnata li se tkun iċċelebrata mad-dinja kollha nhar il-Ġimgħa 12 t’Awwissu, iżda li f’pajjiżna diġà bdew l-attivijiet b’rabta mal-istess jum.
Filfatt l-Aġenzija Żgħażagħ f’pajjiżna organizzat attività dalgħodu f’Santa Venera bil-għan li titqajjem aktar kuxjenza dwar din l-istess tema.
Attività li ghaliha qed jagħtu kontribut u sehem madwar 60 u 70 żagħżugħ u żagħżugħa.
Waqt sessjoni ta’ diskussjoni tkellem is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ Chris Agius li tenna l-impenn tal-Gvern fil-ġlieda kontra l-faqar.
Fakkar ukoll kif bħalissa f’pajjiżna hawn numru rekord ta’ nies jaħdmu, u rrimarka l-opportunitajiet diversi ta’ xogħol li jeżistu u li kull ma jmur, qed jinħolqu.