L-Erbgħa 7 ta’ Ġunju jingħata bidu għall-istaġun il-ġdid tal-waterpolo lokali hekk kif fil-Pixxina Nazzjonali tal-Qroqq issir il-finali tat-Tazza tal-President bejn Sliema Frank Salt Real Estate u San Ġiljan JP Projects. Finali li tibda fis-19:00.
Qabel din il-finali tintlgħab il-finali tat-Tazza tal-Għaqda Ġurnalisti Sport bejn Valletta Izibet u Marsaskala ESC. Logħba li tibda fis-18:00. L-ewwel logħba l-erbgħa wara nofs-in nhar se tkun is-Super Cup Final tan-Nisa bejn Sirens u San Ġiljan fil-17:00.
Dettalji dwar l-istaġun il-ġdid ingħataw waqt konferenza tal-aħbarijiet li ġiet indirizzata mill-president tal-ASA Karl Izzo u Joe Agius Chief technology Officer fi ħdan il-Bank of Valletta. Kienu preżenti wkoll Josip Varvodic Viċi President tal-European Aquatics u anke Milos Mrasevic Direttur tekiniku tal-Water polo fi ħdan l-istess federazzjoni.
Il-President tal-ASA Karl Izzo qal li l-kommunita’ sportiva tinsab ħerqana sabiex tara r-ritorn tal-plejers barranin fil-water polo lokali wara nuqqas ta’ sentejn u tenna li jinsab persważ li se jkun Kampjonat Nazzjonali eċitanti ħafna.
Fi tmiem il-konferenza tal-aħbarijiet saru l-preżentazzjonijiet tal-unuri lir-rebbieħa tal-plejers tas-sena tal-water polo għas-snin 2021 u s-sena 2022 f’kategoriji differenti.
Ir-rebbieħa tal-istaġun 2021
Ir-rebbieħa tal-istaġun 2022