L-Erbgħa waranofsihar is-sala tal-għadd tal-voti fin-Naxxar terġa timtela’ bl-attività biex jingħaddu l-voti mixħuta fl-elezzjonijiet Kunsilli Lokali mitfugħa fl-elezzjonijiet tas-Sibt li għadda.
Il-proċess tal-għadd tal-voti jibqa’ għaddej sa tard il-Ġimgħa filgħaxija. Ir-riżultat uffiċjali mistenni s-Sibt filgħodu. Din hi l-ewwel darba fl-istorja li l-elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali qegħdin isiru kollha f’daqqa.
Il-Kap tal-Uffiċju Elettorali tal-Partit Laburista Louis Gatt qal li l- lokalitajiet tqassmu b’tali mod li jibqa’ jkun hemm bilanċ politiku. B’kollox l-għadd se jsir f’67 lokalità.
“L-ewwel grupp se jingħadd l-Erbgħa, t-tieni grupp il-Ħamis, u t-tielet grupp il-Ġimgħa, l-għadd tal-voti se jsir dejjem mis-2pm ‘l hemm imbagħad il-proċess sabiex jibda josserva l-polza minn wara minn quddiem se jibda fil-530 pm tal-lokalitajiet kollha. Anke jekk ikunu lesti qabel xorta waħda jridu jibdew fil-5:30pm.”
Qal li r-riżultati ta’ kull Kunsill Lokali se joħorġu f’ħinijiet differenti. Spjega li r-riżultati finali joħroġ wara li jingħaddu l-voti kollha mixħuta fl-elezzjonijiet tas-Sibt li għadda.
“Jekk lokal fih tliet kaxxi ovjament ir-riżultat ta’ dak il-lokal se joħroġ ferm qabel lokal ieħor li għandu jien naf 35 kaxxa. Jiġifieri r-riżultat huwa indipendenti minn wieħed għall-ieħor u anke l-għadd tal-voti. Allura ma tistax tgħid fi x’ħin se jidħol ir-riżultat finali għax għandek iż-żgħar wara 3 sigħat joħroġ u l-kbar għal ħabta tal-11:00pm”
L-elezzjonijiet tas-Sibt li għadda se jeleġġu erba’ mija u disgħa u ħasmin kunsillier ġdid minn seba’ mija sitta u tletin.
Għall-elezzjonijiet tas-Sibt li għadda kienu eleġibbli li jivvotaw aktar minn tliet mija u wieħed u erbgħin elf persuna.