L-ERA (Environment and Resources Authority) wissiet lil kull min jixtieq jorganizza xi attività fis-siti ta’ Natura 2000 għandu l-ewwel jitlob l-awtorizazzjoni tagħha. B’mod partikolari rreferiet għall-attivitajiet li seħħew fil-Buskett dan l-aħħar.
Bħalissa l-Awtorità qed tfassal sistema li tkun tista’ titħaddem meta jkun hemm talba għal attivitajiet bħal dawn.
Il-biodiversità f’dawn iż-żoni teħtieġ tiġi protetta u tiġi klassifikata fi gradi varji, skont leġiżlazzjoni nazzjonali u internazzjonali.
Lista ta’ siti li jaqgħu taħt Natura 2000 tista’ tinstab fuq is-sit elettroniku tal-ERA.