L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, l-ERA, kompliet bl-azzjonijiet tagħha kontra llegalitajiet fuq l-ambjent wara rapporti fost l-oħrajn dwar rimi ta’ materjal.
Fil-fatt l-ERA ħarġet ordni formali biex twaqqaf lil kuntrattur u sid art fl-inħawi bejn il-Baħrija u l-Imtħaleb milli jarmu materjal ta’ kostruzzjoni.
Intant, uffiċjali tal-Infurzar qed jinvestigaw każ ieħor dwar siġar li ġew vandalizzati fid-Dwejra.