L-ERA ħarġet ordni ta’ konservazzjoni u avviż ta’ protezzjoni fil-Mensija, limiti ta’ San Ġwann.
Dan wara li għand l-Awtorità tal-Ippjanar daħlet applikazzjoni għall-iżvilupp ta’ parkeġġ u appartamenti.
L-applikazzjoni qajmet tħassib serju anki mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali hekk kif l-iżvilupp propost huwa viċin l-Kappella tal-Mensija, li hi unika, mibnija fil-grotta u li tmur lura għas-seklu 16, kif ukoll it-Torri ta’ Lanzun, wieħed mill-aħħar eżempji ta’ rziezet fortifikati f’Malta.