L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi ġabret iżjed minn tmien mitt tunnellata ta’ materjal tal-kostruzzjoni fost l-oħrajn f’żewġ żoni fil-Park tal-Majjistral.
L-ewwel żona li gawdiet minn tindif minn dan l-iskart tal-kostruzzjoni kienet dik magħrufa bħala ‘Il-Prajjiet’.
Żona oħra indirizza tax-Xagħra l-Ħamra fejn il-Manikata.
“Dan it-tindif mistenni jtejjeb il-bio-diversità fiż-żona”, saħqet l-ERA.
Intqal li speċi invażivi fosthom il-bajtar tax-xewk kien qed joħnoq l-ambjent xagħri tal-post.