Fl-isfond tal-ittra mill-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil liċ-Chairman tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) Prof Victor Axiak, bagħat risposta lil Kap tal-Oppożizzjoni dwar it-tanker tal-LNG li jinsab Marsaxlokk.
F’din l-ittra, l-ERA spjegat li l-operat inkwistjoni ma jibdiex qabel ikun aċċertat li ma hemm l-ebda riskju għall-lokalitajiet tal-madwar, huwa parti mill-proċess tal-permess li qed jiġi segwit mill-istess Awtoritá. L-Awtorita għall-ambjent u riżorsi, fissret kif l-istess jista’ jingħad għall-pubblikazzjoni tar-rapporti kif mitlub mill-Kap tal-Oppożizzjoni, hekk kif dawn ser ikunu għad-dispożiżżjoni tal-pubbliku fil-jiem li ġejjien bħala parti mill-proċess li din l-Awtoritá tikkordina għall-ħruġ tal-permess.
L-ERA żiedet li bħala parti minn dan l-eżerċizzju se tkun qed tinżamm ukoll laqgħa ta’ konsultazzjoni pubblika.
‘L-Awtoritá stqarret li qed tħares l-proċessi u l-istudji neċessarji jilħqu l-obbligi kif inhu mitlub fil-liġijiet applikabli.
[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2016/10/Scanned-from-a-Xerox-Multifunction-Device.pdf”]