Fi stqarrija, l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi, l-ERA qalet li l-papri li qed imutu fiż-żona tas-Salina huma infettati bl-Avian Flu u s-Salmonella.
L-ERA qalet li dan ħareġ minn riżultati ta’ testijiet li ħarġu nhar l-Erbgħa li għadda.
Intant fi stqarrija l-Ministeru għas-Saħħa u l-Ministeru għad-Drittijiet tal-Annimali qalu li dawn il-papri ġew ittestjati pożittivi għall-Influwenza A.
L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li m’hemm l-ebda riskju magħruf ta’ mard fuq il-bnedmin minn annimali infettati b’dan it-tip ta’ influwenza.
F’din l-istqarrija ntqal li s-sitwazzjoni qed tkun investigata mill-qrib u qed jittieħdu azzjonijiet xirqa skont il-każ mill-awtoritajiet veterinarji.