L-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi, l-ERA approvat b’mod unanimu l-proġett tas-City Centre f’San Ġiljan, minflok il-binja tal-ITS.
Din id-deċiżjoni ġiet wara li sar rapport fuq l-impatt ambjentali.
Is-sena l-oħra dan il-proġett ħa xejra oħra, hekk kif il-grupp DB ressaq reviżjonijiet sostenzjali tal-pjan.
Fost oħrajn, iż-żona li se tkun żviluppata naqset b’50,000 metru kwadru u żied l-ispazji pubbliċi b’7,000 metru kwadru.
Wara l-approvazzjoni mill-Awtortà tal-Ambjent u r-Riżorsi, issa din se tmur quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar.