Il-Professur Victor Axiak, ċermen tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi spjega fid-dettall għaliex ma kienx preżenti għal bord tal-Awtorità tal-Ippjanar li riċentament ivvota dwar bini għoli.
Filwaqt li f’jum fejn il-Partit Nazzjonalista u dawk li jgħidu li huma n-network tas-soċjetà ċivili, appellaw biex ikun ippubblikat dokument li għadda hu sostna li dan ma jistax ikun ippubblikat. Dan għax l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi għad trid tiddeċiedi tappellax mid-deċiżjoni.
“Qed noħroġ dawn il-kjarifiki f’ismi għax hemm fin-nofs il-professjonalità u l-integrita tiegħi,” qal Axiak. Il-Professur ta rendikont mill-mument li ddaħħal l-isptar fit-30 ta’ Lulju u fisser li għandu struzzjonijiet li ma jidħolx għax-xogħol normali qabel Santa Marija. Kien għalhekk li kiteb memo dettaljat lill-Awtorità dwar is-suġġett u ntbagħtet lill-wieħed mill-membri tal-bord. Axiak qal li ma batiex lill-kull membru individwalment għax kienet tpoġġi pressjoni mhux ġusta u tenna li għandu fiduċja f’kull membru tal-bord. Kien hawn li rrimarka li mhux il-mument li jippubblika l-kontenut tagħha għax il-bord tal-ERA għad irid jiddeċiedi jmur għal appell.
Finalment, qal Axiak xtaq jirringrazja lil kull min kien miegħu fl-aħħar jiem. F’mument fejn kien ukoll suġġett ta’ diversi artikli fil-midja. “Kif dejjem għamilt fil-ħajja professjonali tiegħu nibqa’ nkun gwidat minn kunsiderazzjonijiet tekniċi u ambjnetali u mill-ebda tip ta’ pressjoni, tkun ġejja minn fejn ġejja,” tem mil-Professur Axiak.