L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, l-ERA, qed tappella għal responsabbiltà fejn jidħol il-ħarsien tal-ambjent naturali madwar il-gżejjer Maltin wara t-tieni rapport ta’ nirien f’żona protetta.
Fi stqarrija l-ERA qalet li investigat rapporti dwar iż-żona protetta tal-Irdum tax-Xagħra, li ġarbet ħsarat estensivi wara nirien.
L-ERA għadha trid tiddetermina eżatt kemm hi irreparabbli l-ħsara ekoloġika fiż-żona, u talbet l-għajuna tal-Pulizija biex tittieħed l-azzjoni f’waqtha b’rabta ma’ dan kollu.