L-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi, l-ERA qed tinvestiga każ ta’ ħut mejjet f’Wied il-Qlejgħa wara numru ta’ rapporti.
Minn investigazzjoni preliminari jidher li l-ħut miet kawża tal-ilma sħun li qed jevapora.
Fi stqarrija l-ERA qalet li dan huwa fenomenu li jiġri ta’ kull sena b’mod speċjali fl-istaġun xott u jaffettwa b’mod partikolari lill-ħut ta’ speċi aljena u annimali tal-ilma ħelu.
Dan għaliex dan il-ħut mhuwiex indiġenu għas-Sajf Mediterranju u b’hekk ma felaħx għall-kundizzjonijiet xotti u sħan tas-Sajf.
L-ERA fakkret lill-pubbliku sabiex ma jitfgħux ħut li jgħix fl-akwarju jew annimali oħra fl-ilma ħelu lokali hekk kif mhumiex adattati għall-klima tagħna u b’hekk jispiċċaw jaffettwaw ħażin speċi indiġeni li huma ta’ importanza.