L-ERA se tmexxi studji fuq l-għelieqi u l-ħamrija li hemm madwar il-Magħtab wara n-nirien ta’ dalgħodu. Dan minħabba materjali tossiċi li jista’ jkun hemm preżenti fil-ħamrija minħabba li nħaraq xi plastik.
Esperti internazzjonali se jagħtu sehemhom f’dan l-istudju, u uffiċjali tal-ERA se jispezzjonaw is-sit meta dan ikun sigur.
L-ERA se tkun qed tippubblika ir-riżultati tal-investigazzjoni.