Louise Spiteri nħatret bħala Aġent Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA). Dan wara r-riżenja ta’ Ruben Abela li ħalla l-kariga minħabba raġunijiet personali. Fi stqarrija l-Ministeru għall-Ambjent, l-Iżvilupp Sostennibli u t-Tibdil fil-Klima qal li Spiteri se tara li jkun hemm kontinwità fil-ħidma li qed tagħmel l-ERA sakemm jinħatar Kap Eżekuttiv ġdid. L-istqarrija tal-Gvern irringrazzjat ukoll lil Abela tax-xogħol li għamel fl-ERA.