L-eqdem vapur tal-marina Taljana li ilu jservi għal kważi mitt sena, l-Amerigo Vespucci, jinsab f’Malta għall-aħħar vjaġġ, wara sena u nofs ibaħħar mal-Mediterran, immirat biex jgħallem lil diversi studenti jsiru baħħara.
L-Amerigo Vespucci għandu fil-Port il-Kbir sa nhar it-Tlieta u għaldaqstant il-Ħadd filgħodu Crew ta’ ONE News żar dan il-vapur biex jara l-kultura u l-istorja navali tal-Italja.
Bħala turija ta’ rispett għall-funeral ta’ Papa Franġisku, għall-ħabta ta’ nofsinhar saret quddiesa kkonċelebrata min-Nunzju Appostoliku għal Malta, Savio Hon Tai-Fai.
L-Amerigo Vespucci kien mibni u mgħammar kompletament fit-Tarzna Navali Rjali ta’ Castellamare di Stabia fit-12 ta’ Mejju tal-1930.
Il-motto li jintuża mill-baħħara fuq il-vapur waqt li jkunu għaddejjin bit-taħriġ huwa “mhux min jibda imma min jippersisti”.
Fil-pruwa ta’ dan il-vapur hemm il-figura li tirrappreżenta lil Amerigo Vespucci, it-Taljan li għalih issemmiet l-Amerika, magħmula minn bronż indurat.
Crew ta’ dan l-istazzjon kellu l-opportunità jitkellem mal-Ambaxxatur tal-Italja għal Malta Fabrizio Romano, fejn spjega l-opportunità unika li jieħdu l-istudenti fuq dan il-vapur.
“They are taught about the very ancient way, the historical way of helding a ship of course, when they will be less young, they will be held their service in much more than vessels. Once you have learned to be in the sea on this kind of ship, it’s an experience, I think unique that I think will help in a completely different situation.”
Fabrizio Romano – L-Ambaxxatur tal-Italja għal Malta
L-ambaxxatur Taljan għal Malta tenna li jinsab verament kuntent li dan il-vapur b’tant storja jinsab f’pajjiżna u dan ma sarx b’kumbinazzjoni għaliex dan jixhed ir-relazzjoni tajba immens bejn iż-żewġ pajjiżi.
“Very very happy to have the Vespucci here, closing the world tour as Malta last international port after one year and a half. It has a meaning. I mean it’s a symbol that Italy and Malta are so close not only geographically but also politically, socially, religiously and people contact. So, really proud to be representing Italy in a moment like that.”
Fabrizio Romano – L-Ambaxxatur tal-Italja għal Malta