Il-partit Fidesz tal-Prim Ministru Ungeriż Viktor Orbán ħareġ minn jeddu mill-Partit Popolari Ewropew, l-EPP.
Dan wara li kien se jkun hemm vot biex il-partit Fidesz jiġi sospiż fost oħrajn.
Total ta’ 148 Membru tal-Parlament Ewropew tal-Partit Popolari Ewropew ivvutaw favur u 28 kontra regoli ġodda biex partit jiġi sospiż jew jitkeċċa.
Għal dan kollu Orbán, b’ittra li bagħat għamilha ċara li l-partit tiegħu qed jitlaq hu mill-Partit Popolari Ewropew.