Mil-lum, l-enfasi fl-aġġornament ta’ kuljum fuq il-paġna tas-SAĦĦA bin-numri tal-COVID-19, se jkun fuq kemm hemm nies l-isptar.
Fuq Twitter, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li llum hemm 29 persuna l-isptar, li tnejn minnhom jinsabu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
In-numri ta’ infezzjonijiet ġodda u nies li fiequ xorta se jkunu hemm, imma l-importanza se tingħata lis-sitwazzjoni l-isptar b’rabta mal-imxija.