Fi stqarrija l-kumpanija Enemed wieġbet għad-dikjarazzjonijiet tal-GRTU li saru illeja fil-konfront tagħha u ta’ l-uffiċjali tagħha, marbuta mad-direttivi li ħarget l-istess GRTU lill-pompi tal-fjuwil.
L-Enemed qed tiċħad katergorikament l-allegazzjoni illi b’ xi mod hija intimidat lis-sidien tal-pompi tal-fjuwil li kienu ser jobdu d-direttivi tal-GRTU.
Il-kumpannija Enemed sostniet li tikkundanna t-tentattiv tal-GRTU li falsament tinsinwa għal skopijiet ulterjuri.
Enemed innutat illi tnax-il pompa tal-fjuwil fetħu normalment minkejja id-direttiva tal-GRTU u l-Enemed qed tiddikjara illi hija ser tiehu l-passi kollha meħtiega sabiex tipprotegi lill-pompi tagħha u tkompli tagħti s-servizz kontinwu lill-klijenti.