Fi stqarrija l-Enemed ħabbret reviżjoni fil-prezzijiet tal-fjuwil sa mis-seħħ mill-ewwel t’Awwissu.
Il-prezz tal-petrol unleaded se jitla’ minn ewro u wieħed u tlettin ċenteżmu l-litru għal ewro u sitta u tlettin ċenteżmu l-litru.
Il-prezz tad-diesel se jitla’ minn ewro u tmintax-il ċenteżmu l-litru għal ewro u tlieta u għoxrin ċenteżmu l-litru
Dan filwaqt il-prezz tal-petrol magħruf bħala e-power se jitla’ minn ewro u sitta u erbgħin ċenteżmu l-litru għal ewro u wieħed u ħamsin ċenteżmu l-litru.
Il-konsumatur Malti qed iħallas medja ta’ 9ċ inqas għall-petrol u 11ċ5 inqas għall-medja tad-diesel
Fi stqarrija, il-Ministru għall-Enerġija Joe Mizzi spjega kif minkejja din ir-reviżjoni fil-prezzijiet il-konsumaturi f’Malta se jkunu qed iħallsu disgħa ċenteżmu inqas għall-petrol u ħdax-il ċenteżmu u nofs inqas mill-medja Ewropea f’dak li għandu x’jaqsam mad-diesel.
Ta’ min wieħed jinnota li l-prezzijiet tal-fjuwil f’Malta, wara din ir-reviżjoni xorta huma irħas minn ħmistax-il pajjiż Ewropew.
Meta mqabbel mal-ewwel xahar wara l-bidla fil-Gvern fl-elfejn u tlettax, il-prezz tal-petrol ukoll huwa ħmistax-il ċenteżmu orħos, dan filwaqt li d-diesel huwa sbatax-il ċenteżmu orħos.
Dawn ir-reviżjonijiet fil-prezzijiet ġejjin wara tnejn u tmenin ġimgħa ta’ stabilità fil-prezzijiet tal-fjuwil, frott l-għaqal tal-Gvern.
Ir-reviżjonijiet fil-prezzijiet tal-fjuwil ġejjin wara bidla fil-prezz internazzjonali taż-żejt.
Din il-bidla waslet biex minn Marzu ‘l hawn il-prezz medju tal-petrol fl-Unjoni Ewropea żdied ferm b’aktar qawwa minn dak f’Malta.
Filfatt bħala medja fl-Unjoni Ewropea kienet t’għaxar ċenteżmi għall-petrol u disgħa ċenteżmi għad-diesel.
Il-Ministru Joe Mizzi temm jgħid li bil-ħidma tagħha, l-Enemed rat li l-impatt fuq il-konsumatur f’Malta jkun wieħed minimu.