Ilbieraħ filgħaxija, l-Enemalta reġgħet lura l-provvista tad-dawl fil-gżira Għawdxija wara li wieħed mill-cables li jissupplixxi lill-Għawdex ħa n-nar, b’konsegwenza li kien hemm interruzzjoni fil-provvista tal-elettriku lejn Għawdex.
L-istess nirien li ħakmu lill-cable impatta wkoll cable ieħor fil-viċin li kien qiegħed jintuża wkoll biex jissuplixxi l-konsumaturi f’Għawdex.
Membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu fuq il-post biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni, filwaqt li bħala miżura ta’ sigurtà, l-Enemalta kellha titfi l-cables li jinsabu ġewwa l-culvert.
It-timijiet tad-distribuzzjoni tal-Enemalta ħadu l-miżuri kollha meħtieġa biex gradwalment jagħtu l-provvista tal-elettriku lura lejn Għawdex, u fl-istess waqt irringrazzjat lill-ħaddiema tas-CPD kif ukoll l-inġiniera u t-tekniċi tagħna għall-ħidma u l-effiċjenza tagħhom.